Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jibqa’ jkun skomdu dwar il-fatt li ma tkellimx fid-dibattitu parlamentari fuq l-użu responsabbli tal-kannabis.
Wara li l-ewwel ma pparteċipax fil-konsultazzjoni pubblika u saħansitra nqabad li ma kienx jaf li ħarġet White Paper fuq is-suġġett, mas-sit Lovin Malta, kelliem għall-Partit Nazzjonalista qal li ma tkellimx fil-Parlament, biex jagħti ċans lil ħaddieħor.
Bernard Grech, li biddel il-pożizzjoni tiegħu, kien imġiegħel minn dawk li poġġewh Kap, biex iqatta’ biċċiet il-liġi u ma’ ONE News deher skomdu jwieġeb meta llejla kien il-Parlament.