Il-Papa Franġisku faħħar lill-Membru Parlamentari Ingliż Sir David Amess, li nqatel b’daqqiet ta’ sikkina f’Ottubru. Il-Qdusija Tiegħu għadda l-messaġġ tiegħu waqt il-funeral ta’ Amess li sar illum waranofsinhar.
Il-Papa Franġisku fakkar is-snin ta’ servizz li ta l-membru konservattiv, li kellu devozzjoni Kattolika kbira. Fil-ħidma tiegħu, Amess impenja ruħu għall-foqra u l-iżvantaġġjati.
Numru ta’ politiċi fosthom: il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson; il-Mexxej Laburista Ingliż u l-Ispeaker tal-Kamra, inġabru lkoll fil-Katidral ta’ Westminster, biex jagħtu l-aħħar tislima tagħhom lil Sir David li kellu 69 sena.