Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-Gvern se jibqa’ jinsisti ma’ Steward Healthcare biex din tonora l-obbligi kuntrattwali fuq l-isptarijiet fdati lill-kumpanija.
Fi tweġibiet li kien qed jagħti lill-ġurnalisti, Dr Abela qal li kemm il-darba Steward Health Care tagħżel li titlaq mill-konċessjoni tal-isptarijiet, il-Gvern se jagħmel dak kollu possibbli biex ma jħallasx €100 miljun, somma li tissemma fi klawsola.
F’risposti li ta lill-ġurnalisti differenti, il-Prim Ministru rrimarka li l-pożizzjoni tiegħu flimkien ma’ dik tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u l-Gvern sħiħ, hija waħda komuni u magħquda fuq il-kwistjoni.