Raġel ta’ 42 sena minn Bormla, ġarrab ġrieħi gravi wara li purtiera ħadet in-nar, fid-dar li kien jinsab fiha.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ dalgħodu, fi Triq tal-Borg, Raħal il-Ġdid.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dak il-ħin li fih seħħ l-inċident kien hemm anzjana ta’ 75 sena u mara ta’ 39 sena, li ma soffrew l-ebda ġrieħi.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.