Uffiċjali f’Wisconsin se jkunu qed iressqu l-Qorti lil Darrell Brooks ta’ 39 sena, li nhar il-Ħadd li għadda saq fuq parata li kienet qed isir b’rabta maż-żminijiet tal-Milied. Huwa se jkun mixli b’omiċidju ta’ ħames persuni. F’dan l-inċident indarbu wkoll 48 persuna.
Minkejja li dan il-każ mhux qed jitqies bħala attakk terroristiku, l-aggressur kellu l-intenzjoni li joqtol jew iweġġa’ serjament lin-nies preżenti.
L-uffiċjali qalu wkoll li Brooks jista’ jaffaċċja akkużi oħra, hekk kif l-investigazzjonijiet tagħhom dwar il-każ għadhom għaddejjin.