Martin Florian ġie ordnat iħallas mitejn u ħamsin ewro f’danni morali lil Michelle Portelli, wara li allega li Portelli li taħdem bħala qabla, kellmet ħażin lir-raġel ta’ bintu.
Hija kienet fetħet kawża ta’ libell f’April ta’ tliet snin ilu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Florian kien iddeskriva l-aġir tal-qabla bħala waħda li kienet taħt l-effett tax-xorb jew tad-droga.
Tenna li hi ġabet ruħha b’mod arroganti u użat lingwaġġ indiċenti.
Il-qabla min-naħa tagħha ċaħdet dawn l-akkużi u appellat mis-sentenza, meta l-Qorti tal-Maġistrati ma laqgħetx il-kawża ta’ libell.