Il-Malta Trust Foundation laqgħet b’sodisfazzjon il-proġett pilota tal-Gvern li jagħti laptops u servizz ta’ internet b’xejn lill-familji li għandhom dħul baxx.
Permezz ta’ miżura tal-Gvern, madwar elfejn u tliet mitt familja bi dħul baxx fi ħmistax il-lokalità madwar Malta se jkunu qed jirċievu laptop b’xejn flimkien ma’ voucher ta’ sena internet b’xejn.
Il-Fondazzjoni semmiet ukoll l-inizjattiva Your Device Your Right, skema li b’kollaborazzjoni mal-Kamra għall-Kummerċ u numru ta’ negozji oħra qed jitqassmu numru ta’ laptops lil numru ta’ studenti li m’għandhomx.
Il-Fondazzjoni temmet tgħid li l-pandemija kabbret l-isfida tal-qasma diġitali.