Il-Ħadd filgħaxija, il-Knisja Kattolika ċċelebrat l-festa liturġika ta’ Kristu b’quddies iċċelebrata fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.
Fl-omelija tiegħu l-Arċisqof Charles Scicluna għal diversi drabi għamel referenza għall-kliem, “kull min iħobb il-verità jisma’ leħni.’
L-Arċisqof għamel referenza għall-każ li xxokkja lil pajjiżna meta raġel prova jagħmel suwiċidju mis-sur tal-belt u n-nies segwewh u saħansitra qalu diversi kliem insensittivi.
Scicluna qal li anki Ġesu sab lil min ikasbru meta kien qed ibati fuq is-salib. Għalhekk huwa qal li fis-sofferenza ta’ ħutna l-bnedmin nisimgħu leħen Ġesu.
L-Arċisqof temm jgħid li huma dawn il-kriżijiet profondi li jgħinuna nikbru u nimmaturaw.