Waqt li kien qed jieħu sehem fit-12-il edizzjoni tal-Fun Run tal-President fiż-Żejtun, il-Prim Ministru Robert Abela enfasizza l-importanza tas-solidarjetà u l-empatija.
Huwa semma wkoll l-importanza tal-eżerċizzju fiżiku u li wieħed jieħu ħsieb saħħtu.
Dr Abela saħaq ukoll fuq l-importanza tat-tilqim għal kontra l-Covid-19, għaliex permezz tiegħu din l-attività setgħet tittella’ b’suċċess. Il-Prim Ministru appella biex il-poplu jieħu d-doża addizzjonali tal-vaċċn.
Flimkien mal-Prim Ministru kien hemm martu Dr Lydia Abela u binthom Giorgia Mae.
Aqra wkoll: