Abdalla Hamdok reġa’ tpoġġa bħala Prim Ministru tas-Sudan wara li xahar li għadda huwa kien imneżża’ mill-poter permezz ta’ kolp ta’ stat.
Il-Ħadd waranofsinhar Habdok deher fuq it-televiżjoni jiffirma ftehim ġdid li huwa se jkun qed imexxi s-Sudan flimkien mal-militar Sudaniż.
Dan il-ftehim ġdid, xejn ma niżel tajjeb ma dawk li ilhom jipprotestaw fit-toroq kontra l-kolp ta’ stat. Fil-fatt, gruppi ta’ attivisti, li mexxew il-protesti kontra l-kolp ta’ stat, qed jitolbu biex il-militar joħroġ kompletament mix-xena politika fis-Sudan.