Matul il-lejl li għadda, it-toroq fl-Olanda reġgħu raw bosta nies jipprotestaw kontra l-miżuri li ddaħħlu bil-għan li jikkontrollaw iż-żieda fl-infezzjonijiet tal-Covid-19 fl-Olanda.
Tant li xi wħud bdew jitfgħu sufarelli lejn il-pulizija u anke ħarqu xi roti li kienu fit-toroq.
Intant, mal-Olandiżi ingħaqdu wkoll l-Awstrijaċi, il-Kroati u t-Taljani hekk kif huma wkoll jinsabu urtati bl-aħħar deċiżjonijiet li ħadu l-gvernijiet rispettivi tagħhom dwar miżuri ristrettivi.
L-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, il-WHO esprimiet it-tħassib tagħha dwar iż-żidiet fil-każijiet fil-kontitent Ewropew; saħansitra d-Direttur Reġjonali Ewropew Hans Kluge qal, li jekk ma jkunx hawn miżuri li jikkontrollaw l-imxija, sar-rebbiegħa li ġejja, l-Ewropa tista’ tara ma’ nofs miljun każijiet ta’ mwiet kawża tal-Covid-19.