Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech tkellem fuq ir-radju tiegħu s-Sibt filgħodu u nfexx jattakka l-Gvern.
Bi kliem iebes quddiem rating ekonomiku ieħor ta’ A+ minn Fitch, li nnutat l-għajnuna li ta l-Gvern lin-negozji u l-familji waqt pandemija, Bernard Grech qal hekk.
Qal, “U allura jiena ngħid kif jista’ l-Prim Ministru jagħti l-eżempju jekk qed imexxi Gvern ħalliel mal-familji.”
Id-diskors negattiv ta’ Bernard Grech intqal anki fi sfond li sa ftit tal-jiem ilu l-Gvern ħabbar li biex ma jogħlewx il-prezzijiet tal-fjuwil bħala ma ġara fil-pajjiżi ġirien tagħna, tnaqqset l-aktar possibbli t-taxxa fuq il-fjuwils.
Dan f’kuntest ta’ żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt.
Intant fl-intervista qasira li ta fuq ir-radju tiegħu, Grech imbagħad qal hekk.
Qal, “Però bir-rispett kollu għandna gvern li qiegħed aljenat.”
Dan qalu fi sfond tal-liġi responsabbli dwar l-użu tal-kannabis, li fuqha Bernard Grech biddel il-pożizzjoni wara li l-fazzjoni li għamlitu Kap tal-Partit Nazzjonalista, talbitu jqatta’ biċċiet il-liġi proposta mill-Gvern.
L-istess liġi li skont Grech, l-ewwel il-Gvern ikkupjah fuqha u għalhekk ried il-mertu fuqha iżda issa kellu joħroġ kontriha wara ġlied fil-Grupp Parlamentari tiegħu.
Fil-fatt fuq ir-radju kien kostrett jgħid hekk.
Qal, “Imma għandna din l-issue tal-kannabis, ma ħrabniex minnha.
Dan qalu anki jekk fil-verità, Bernard Grech lanqas kien jaf li ħarġet White Paper fuq l-użu responsabbli tal-kannabis u baqa’ qatt ma pparteċipa f’konsultazzjoni li bosta taw il-fehmiet differenti tagħhom.