Il-Grupp IZI se jkollu f’idejh il-Lottu, is-Super 5 u lotteriji oħrajn għall-għaxar snin li ġejjin wara li ntgħażel b’offerta ta’ €105 miljun.
Il-kumpanija Maltco, li kellha f’idejha l-lotterija nazzjonali fost l-affarijiet l-oħra msemmija ma reġgħetx tefgħet offerta.
Hija kienet ilha mill-2004 tmexxi l-Lottu u s-Super 5 fost logħob ieħor.
Maltco kellha fuq il-mitejn banka tal-lottu.
Issa l-Grupp IZI għandu kumpanija sussidjarja bl-isem ta’ National Lottery plc. li ħadet f’idejha l-logħob inkwistjoni.