Niġerjan ta’ disgħa u tletin sena ma nstabx ħati li qatel lil sieħbu b’daqqiet ta’ sikkina fil-Qawra.
Il-verdett li ngħata llejla kien wieħed unanimu.
Hekk kif inqara l-verdett fil-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, in-Niġerjan Okolo Innocent Okwudili nfaqa’ jibki.
Il-każ kien seħħ bejn l-erbatax u l-ħmistax ta’ Marzu tas-sena l-oħra f’appartament fil-Qawra.
Il-vittma kien Niġerjan ieħor bl-isem ta’ Amoubi Joseph Ezechi, li kien miet ftit tal-ħin wara li ddaħħal l-isptar Mater Dei f’qagħda kritika wara li allegatament kien qala’ daqqa ta’ sikkina f’sidru mingħand l-akkużat.
Rapporti kienu qalu li n-Niġerjan inqatel fuq argument dwar min se jixtri l-ikel u min se jsajjar.