Sewwieq ta’ mutur indarab gravi f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.
Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tas-sagħtejn fi Vjal il-Qalbiena Mostin, il-Mosta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Piaggio Vespa misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti tas-Sliema u Renault Captur, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 49 sena, residenti n-Naxxar.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.