Komplew il-proċeduri kriminali kontra Brian Tonna, Karl Cini, Manuel Castagna u Katrin Bondin Carter li qed jiġu kkużati b’reati ta’ ħasil ta’ flus.
Fuq il-pedana tax-xhieda, tela jixhed l-awditur ta’ Tonna, Stephen Galea, li esebixxa irċevuta ta’ sebgħa u ħamsin elf u sitt mitt ewro.
Huwa żied jgħid ukoll li kien tħallas ħames elef ewro fi flus kontanti.
Huwa qal li dawn kienu ħlasijiet għal servizzi professjonali.
Il-Qorti ordnat li fis-seduta li jmiss, l-espert tal-Qorti Paul Darmanin jagħti rapport dettaljat ta’ xogħol li qed jagħmel wara li l-Maġistrat nnutat li l-Qorti ma tafx fejn wasal f’xogħlu.
Il-Qorti ordnat ukoll li fis-seduta li jmiss, rappreżentant tal-Mapfre MSV Life jixhed fuq żewġ poloz tal-assigurazzjoni li jkopru lil Karl Cini imma għadhom ma tħallsux.