Paul Azzopardi ġie mmultat elf ewro wara li nstab ħati li xejjer mus f’wiċċ Giovanni Spiteri fl-inħawi tal-Fiddien fil-limiti tar-Rabat.
Huwa nstab ħati wkoll li f’Marzu tas-sena l-oħra kkaġuna ġrieħi ħfief u li kellu mus mingħajr liċenzja.
Il-vittma xehed li hu kien ipparkjat meta f’ħin minnhom feġġ l-imputat, li rah ġej bil-mixi lejn il-karozza tiegħu b’mus f’idejh.
Huwa sostna li l-imputat beda jxejjer il-mus ġo wiċċu għal xejn b’xejn.
Il-Maġistrat Rachel Montebello ordnatlu biex għal żmien sena, Azzopardi ma jdejjaqx lil Spiteri nkella kien se jiġi mmultat elf ewro oħra.