Alexandra Agius ta’ wieħed u ħamsin sena weħlet probation għal sentejn wara li nstabet ħatja li f’Ottubru tal-2017 ikkaġunat ġrieħi gravi lil mara oħra f’ħabta ġewwa l-Imġarr.
Il-mara, li taħdem bħala infermiera, kienet akkużata li b’nuqqas ta’ ħarsien tar-regolamenti tat-traffiku, darbet gravi lil Maria Stella Ellul.
Għal xi żmien iż-żewġ nisa, jiġifieri kemm ix-xufiera u anki dik li darbet kienu fil-periklu li jitilfu ħajjithom.
Il-Maġistrat Simone Grech spjegat li mill-provi ma jirriżultax li l-karozza ta’ Agius kellha xi ħsarat li kawża tagħhom seta’ ġie kkawżat l-inċident.
Il-Maġistrat irrimarka ukoll li l-esperti ewlenin ddeskrivew l-inċident bħala sfortunat u żiedet tgħid li l-inċident seħħ minħabba li l-akkużata baqgħet issuq fuq il-karreġġjata l-ħażina.