Il-Gvern Malti permezz tal-Ministru għat-Trasport Ian Borg ippreżenta l-istudji tal-Metro li saru mill-esperti tal-ARUP lill-Kummissjoni Ewropea.
Dan intqal it-Tlieta waranofsinhar mill-Ministru Ian Borg fuq il-midja soċjali.
Il-Ministru Borg qal kif huwa flimkien mad-delegazzjoni Maltija ltaqgħu mal-Kummissarju Ewropew għat-Trasport Adina Ioana Vălean.
L-istudju tal-Metro sar mill-esperti tal-kumpanija internazzjonali Arup, li ġew mqabbda mill-Gvern.
Dan l-istudju ġie ppubblikat kollu kemm hu u jinsab quddiem il-pubbliku sabiex kulħadd jgħid tiegħu.