Afgana weħlet tmien xhur ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammettiet li kellha u użat passaporti foloz.
Jamila Abdullahi ta’ 47 sena ġiet arrestata fl-ajruport Malti l-Ħadd wara li waslet minn titjijra mill-Greċja flimkien ma’ binha ta’ 10 snin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hija ġiet arrestata wara li ħaddiema tal-immigrazzjoni sabulha li kellha żewġ passaporti u żewġ permessi ta’ residenza ffalsifikati fil-pussess tagħha.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, l-Avukat tal-għajnuna legali argumenta li r-reati tal-mara huma riżultati ta’ dak li għaddiet minnu fl-aħħar xhur fl-Afganistan.
L-Avukat saħaq li hija qed tfittex ħajja aħjar għaliha u għal binha, filwaqt li qal ukoll li Abdullahi ser tapplika għal status ta’ refuġjat.