Tuneżina ta’ tletin sena tilfet ħajjitha wara li ntlaqtet minn karozza tal-għamla Mercedes Benz fit-telgħa tax-Xemxija.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ tnejn u erbgħin sena mill-Mellieħa.
Kawża ta’ dan l-inċident il-karozza bagħet dieħla ġo erba’ vetturi li kienu pparkjati.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja tal-Ħadd filgħaxija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.
Dawn tal-aħħar kienu fi triqithom lura wara inċident li seħħ il-Ħadd waranofinshar fl-Imġarr.
Sfortunatament il-mara kienet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Tuneżin, li kien mal-vittma kif ukoll ix-xufier tal-Mercedes ittieħdu permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa.
Aktar tard huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi ħfief.
Il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco fetħet inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.