ONE News jinsab infurmat li llejla seħħ inċident tat-traffiku fix-Xemxija li ħalla numru ta’ persuni feruti.
Mat-tliet persuni ndarbu f’dan l-inċident serju li għalih ġew imsejħa ħaddiema tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei u anki membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru wkoll żewġ tobba tal-emerġenza.
ONE News jinsab infurmat li fost il-persuni midruba hemm addolexxenti.
L-ewwel ma waslu fuq il-post kienu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kienu fi triqthom lura lejn l-istazzjon tat-tifi tan-nar wara l-inċident fl-Imġarr illejla wkoll.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.