Pulizija fl-Olanda għamlu użu minn kanuni tal-ilma fuq dimostranti li qed jopponu għal lockdown parzjali ġdid.
Dan filwaqt li ħmistax -il persuni kienu arrestati waqt il-protesti.
Dan minħabba l-ammont rekord ta’ infezzjonijiet tal-Coronavirus u żieda fil-każijiet ta’ kura intensiva.
Din il-Ġimgħa, il-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte ħabbar tliet ġimgħat ta’ restrizzjonijiet għal-ħwienet, sports u catering.
L-Olanda mhijiex l-unika pajjiż Ewropew li mistennija taffaċċja lockdown hekk kif minn ħin għal ħin anki l-Awtrija mistennija tħabbar lockdown għal nies li mhumiex imlaqqma.
L-Ewropa qiegħda taffaċċja żieda fil-każijiet ta’ Covid u qed jiġi rrapportat li r-raġuni warajha hija r-rata baxxa ta’ vaċċinazzjoni f’diversi pajjiżi.