Minn tal-inqas 68 priġunier inqatlu waqt ġlieda f’ħabs fl-Ekwador.
Il-ġlieda damet madwar tmien sigħat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’Settembru mietu aktar minn 100 priġunier fi ġlied bejn gangs rivali f’dan l-istess ħabs.
Rapporti qegħdin jgħidu li membri tal-pulizija li daħlu fil-binjiet tal-ħabs sabu pistoli, splussiv u anki armi li jaqtgħu.
Din is-sena biss, 300 priġunier mietu fil-ħabsijiet tal-pajjiż iżda Settembru kien l-agħar xahar għal vjolenza relatata ma’ gangs fl-istorja ta’ Ekwador.