Skont il-kumitat ta’ Tobba Sudaniżi, mietu ħames dimostranti waqt protesti li seħħu fil-jum tas-Sibt favur id-demokrazija.
Il-grupp qal li erba’ dimostranti mietu kawża ta’ sparaturi filwaqt li l-ħames vittma miet għaliex faga fil-gass tad-dmugħ.
Eluf kbar ta’ nies niżlu fit-toroq ta’ diversi bliet u rħula madwar il-pajjiż biex jipprotestaw kontra l-kolp ta’ stat.
Il-pulizija qalet li kienet qed tuża forza minima biss iżda qed jiġi rrapportat li disgħa u tletin pulizija ndarbu serjament waqt il-ġlied.
Dan il-ġlied seħħ ġurnata biss wara li tħabbar il-kunsill immexxi mill-militar.