L-għaqda Releaf, dik favur l-użu responsabbli tal-kannabis, talbet lil Bernard Grech jispjega għaliex irid jibqa’ jibgħat il-ħabs nies mhux vjolenti waqt li jiffaċilita s-suq illegali tad-droga.
Dan wara li l-Kap Nazzjonalista ħareġ stqarrija jqatta’ biċċiet l-liġi proposta dwar l-użu reponsabbli tal-kannabis, anki jekk qabel qal li l-Gvern ikkupjah fuq il-liġi li ġiet ippreżentata fil-Parlament.
L-għaqda Releaf fakkret fil-każ ta’ Daniel Holmes li kien weħel il-ħabs meta dejjem sostna li l-ħames pjanti tal-kannabis li nqabad bihom kienu għall-użu personali tiegħu, iżda dak iż-żmien, fl-2011, il-liġi kienet differenti.
“Huwa ta’ dispjaċir li attitudni ħarxa tibqa’ tiggwida l-politika tal-Partit Nazzjonalista”, sostniet l-għaqda Releaf.