L-għada li tħabbar li r-rata ta’ qgħad f’pajjiżna niżlet għal 4,000 sar magħruf ukoll li din hija t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Fil-fatt, mis-27 membru tal-Unjoni Ewropea huma biss il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka li li għandhom rata inqas minn ta’ Malta.
F’Marzu Malta kellha rata ta’ qgħad ta’ 4.7%, filwaqt li l-medja fost it-tmienja u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 8.8% u dik fiż-Żona Ewro għaxra punt tnejn fil-mija 10.2%.
Malta tispikka wkoll f’dik li hija rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ li għal din l-istatistika huma dawk bejn ħmistax u erbgħa u għoxrin sena. Hemm il-qgħad f’Malta huwa t-tieni l-inqas b’disgħa punt tmienja fil-mija 9.8% bil-medja fiż-Żona Ewro tlaħħaq il-wieħed u għoxrin punt tnejn fil-mija 21.2% u fl-Unjoni Ewropea 19.1%.