Christopher Calleja weħel 18-il xahar sospiżi għal tliet snin wara li nstab ħati li seraq ftit aktar minn €20,000 għad-dannu ta’ anzjan li joqgħod f’villa ġewwa San Pawl il-Baħar.
Iż-żagħżugħ ta’ 29 sena, li jaħdem bħala technician tal-kompjuter, ammetta li seraq mid-dar tal-anzjan fil-25 ta’ Ottubru u fit-8 ta’ Novembru li għadda.
Il-Prosekuzzjoni spjegat lill-Maġistrat Leonard Caruana kif l-akkużat inqabad mill-cameras tas-sigurtà.
Il-Prosekuzzjoni qalu li l-anzjan beda jissuspetta fl-akkużat wara li sab €12,000 nieqsa mis-safe u €8,000 neqsin minn envelop.