Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela qalet li madwar id-dinja l-inugwaljanzi għadhom jeżistu u jeħtieġ li jiġu indirizzati.
Hija sostniet li dan mhux b’sens ta’ karità imma għandu jkun hawn ħidma biex kull persuna jkollha kwalità ta’ ħajja tajba, u din għandha tkun garantita għal kulħadd.
Dr Abela sostniet dan il-messaġġ importanti waqt il-Forum għall-Paċi f’Pariġi, fejn flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela, hija qed tattendi fil-Palazz Élysée fuq stedina tal-President ta’ Franza Emmanuel Macron u martu Brigitte.
Is-Sinjura Abela aċċennat ukoll għall-fatt li l-preżenza tal-Viċi President tal-Istati Uniti Kamala Harris kienet waħda sinifikattiva.
Dr Abela temmet tgħid li l-pajjiżi kollha, irrelevanti mid-daqs tagħhom, għandhom l-obbligu li jagħtu s-sehem tagħhom favur il-paċi.