Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Ħad-Dingli, indarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-vann li kien qed isuq, daħal ġo ċint u spiċċa f’għalqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:00 ta’ dalgħodu, fi Triq l-Infetti, l-Imdina.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar ħa liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.