Somalu ta’ 30 sena, indarab gravi wara li ntlaqat minn vettura tal-għamla Land Rover Evoque, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena mill-Belt.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 tal-bieraħ waranofsinhar, fi Triq il-Marsa, il-Marsa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.