YouTube għamluwha uffiċjali li mill-10 ta’ Novembru se jibda jiġi ‘rolled-out’ l-update fejn wieħed jista’ jibqa’ jara l-buttuna tad-‘dislike’, pero’ ma jistax jara kemm għafsuha nies. Jiġifieri, jekk inti kont timxi fuq il-likes u dislikes biex tara kemm il-video huwa kreddibli jew le, mhux se tkun tista’ iżjed!
Matt Koval, YouTube creator, spjega li din l-update kienet bżonjuża minħabba l-fatt li kien ikun hemm gruppi ta’ nies li jidħlu jsegwu video b’kontenut tajjeb, pero’ xorta jagħfsu ‘dislike’. Jew minħabba l-fatt li ma jogħġobhomx il-creator tal-video innifsu jew biex jieħdu pjaċir jaraw il-counter tad-dislike tiela (dislike attacks).
Koval spjega ukoll li 50% tal-iskop ta’ YouTube huwa biex jagħti vuċi lill-kulħadd, irrelevanti taqbilx miegħu jew le.
Fil-bidu ta’ din is-sena, YouTube għamel bosta testijiet u analiżża sew din is-sistema qabel ma ħareġ live b’dan l-update. Irriżulta li mingħajr il-counter dawn l-attakki naqsu b’ammont sostanzjali , jiġifieri id-dislikes bdew ikunu iżjed kreddibli. Hekk ġie eliminat l-abbuż fuq il-creators li ċerti videos tagħhom bdew jiġu milquta minn dawn l-attakki. Ċerti nies, meta bdew jaraw id-dislikes, bdew jieħduha qisha xi logħba u jkomplu jgħafsu d-dislikes biex sempliċiment jarawhom telgħin ‘il fuq.
Ħarsu lejn dan il-filmat hawn taħt. S’issa ir-roll out ta’ dan l-update għadu ma ġiex attiv fuq dan il-video.
Kif qed taraw mid-dislike counter, għal ħafna nies dan il-video ma ġiex milqugħ tajjeb. Tgħid ma ntlaqatx tajjeb veru? Jew ħafna qegħdin jagħfsu id-dislike biex ikomplu mat-trend negattiv?
Segwi l-filmat mingħand Matt Koval fuq ic-channel ta YouTube Creators.