Il-Prim Ministru Robert Abela qal li r-raġel li għamel l-att erojku f’Tas-Sliema, meta salva persuna minn ħalq il-mewt, għandu jkun rikonoxxut għall-qlubija li wera.
Dan wara li lbieraħ filgħaxija żewġ persuni, Libjan ta’ 37 sena u żagħżugħ Ċiniż ta’ 14-il sena spiċċaw f’diffikultà f’baħar jibla’ l-art f’Tas-Sliema.
Dr Abela sostna li sa jara li r-rikonoxximent lil Malti li salva ż-żewġ persuni jsir fil-mument opportun u adattat.
Huwa saħaq li m’għandux dubju li m’hemm xejn isbaħ mis-sodisfazzjon li ssalva ħajja u bħala soċjetà rridu nirrikonoxxu nies bħal dawn.
Ritratt: PBS