Raġel li qatel anzjana Lhudija fl-appartament tagħha f’Pariġi, ingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs.
Ir-raġel ta’ tnejn u tletin sena, instab ħati li qatel lil Mireille Knoll ta’ ħamsa u tmenin sena bi ħdax-il daqqa ta’ sikkina, u wara ta n-nar lill-ġisem bla ħajja tagħha waqt serqa f’Marzu tal-elfejn u tmintax.
Il-qtil tal-anzjani qanqal diskussjoni sħiħa dwar l-anti-Semitiżmu fi Franza.
L-anzjana kien irnexxielha taħrab mit-trasferiment ta’ Lhud li kienu jgħixu f’Pariġi lejn kampijiet ta’ konċentrament immexxija min-Nażisti fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Żagħżugħ ta’ ħamsa u għoxrin sena meqjus bħala kompliċi f’dan il-każ, intbagħat ħmistax-il sena ħabs għal serq motivat mill-anti-semitiżmu.
Ritratt: Getty Images