Dalgħodu, għall-ħabta tas-sitta u nofs, raġel ta’ nazzjonalità Indjana nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Ir-raġel instab mill-uffiċjali li kienu qed jagħmlu r-rondi ta’ filgħodu.
Fi stqarrija mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, ġie spjegat li l-ewwel investigazzjonijiet juru li l-kawża tal-mewt kienet suwiċidju hekk kif instabet ukoll nota miktuba minnu.
Il-Pulizija tad-Distrett għaddejjin bl-investigazzjonijiet u nħatret ukoll inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa, Nadine Lia.