Il-Kumitat għall-istandards fil-Ħajja Pubblika addotta r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler.
Rapport li fih il-Kummissarju Hyzler wasal għall-konklużjoni li l-Membru Parlamentari Rosianne Cutajar kissret il-kodiċi tal-etika.
Dan wara li aġixxiet ta’ sensara fuq propjetà fl-Imdina u ammettiet li ngħatat rigal ta’ disat elef ewro.
Ir-rapport ġie approvat unanimament filwaqt li dwar sanzjonijiet li jistgħu ikunu imposti, il-Ministru Edward Zammit Lewis, li huwa membru f’dan il-Kumitat Parlamentari, stqarr li l-Membru Parlamentari Rosianne Cutajar diġà ħallset prezz politiku kbir, billi rriżenjat minn Segretarju Parlamentari.