Pulizija Franċiż indarab wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina minn raġel li qal li kien qed jagħmel dan l-att f’isem “il-profeta”.
Il-każ seħħ f’Cannes fi Franza, meta s-suspettat fetaħ il-biebha tal-karozza tal-pulizija u attakkah.
Il-midja internazzjonali qalet kif l-awtoritajiet qed iqisu dan il-każ bħala possibilità ta’ attakk terroristiku.
L-uffiċjal salva grazzi għal ilbies protettiv li kien liebes dak il-ħin.
L-aggressur jinsab f’qagħda serja wara li twaqqaf minn pulizija ieħor.