Tarbija ta’ madwar ħames xhur tinsab fil-periklu tal-mewt u mara u raġel ta’ 31 u 32 sena mill-Iklin li kienu fl-istess karozza sofrew ġrieħi gravi wara ħabta fi Triq tal-Barrani.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 ts-Sibt filgħaxija, meta l-karozza tat-tip Honda li kienu fiha t-tliet passiġġieri ħabtet ma’ karozza tat-tip Renault.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-sewwieq tar-Renault Captur ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief.
Kawża tal-inċident it-triq kellha tingħalaq ghat-traffiku.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo.