Fil-jum tal-Ġimgħa fit-toroq ta’ Madrid intlemħet xena kemxejn mhux tas-soltu hekk kif tmien iġmla u lama nstabu jippassiġaw mill-pulizija Spanjola.
Dawn l-annimali jagħmlu parti minn ċirklu u ntlemħu għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu.
Il-pulizija sostniet li l-uffiċjali ħadu ħsiebhom sakemm dawn ġew irritornati.
Is-sid taċ-ċirklu pponta subgħajh lejn attivisti tad-drittijiet tal-annimali li jipprotestaw ta’ kull sena kontra ċ-ċirklu u saħansitra sejjaħ dan l-att bħala sabutaġġ.
Filfatt l-apparat elettroniku li bih kien mgħammar il-post fejn kienu qed jinżammu l-annimali, instab maqtugħ.