Emanuel Bianchi, ta’ tmienja u tletin sena li ma jaħdimx, baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li seraq speakers minn ġo karozza.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif Il-Ġimgħa daħal rapport li terzi persuni raw lill-imputat jisraq minn vettura tat-tip Toyota.
Il-Pulizija arrestat lir-raġel fuq il-post.
B’dawn l-akkużi, l-imputat kiser ordni ta’ probation mogħtija lilu fl-elfejn u tmintax.
L-imputat kien riċediv u ma kkoperax mal-awtoritajiet waqt l-investigazzjoni.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.