Wara li fil-jiem li għaddew Ike u Kaya, id-duo li ser jirrappreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li ġej, komplew bis-sessjonijiet tagħhom fir-recording-studio, l-impenji tagħhom komplew bi preparazzjoni għal dan il-festival. F’dawn l-aħħar siegħat ġiet iffinaliżżata l-verżjoni tal-kanzunetta rebbieħa ‘My Home’, flimkien ma’ Owen Leuellen, Cyprian Cassar u Gaia Cauchi.
Wara dan ix-xogħol, bdiet il-ħidma biex jiġi ffilmjat il-vidjo mużikali tal-kanzunetta. Filfatt f’dawn il-jiem Ike u Kaya, flimkien ma’ tim sħiħ huma impenjati sabiex il-kanzunetta tkun akkumpanjata b’vidjo mużikali. Jidher li f’waħda mix-xeni, ser jintuża ajruplan abbandunat, filwaqt li ser jispikkaw il-kuluri u l-fjuri.
Il-Junior Eurovision Song Contest ser isir fil-Belt ta’ Pariġi, fi Franza il-Ħadd 19 ta’ Diċembru. Ike u Kaya bil-kanzunetta ‘My Home’ rebħu d-dritt li jirrapreżentaw lil Malta wara li rebħu l-kompetizzjoni fil-festival lokali.
Segwi hawn, il-prestazzjoni ta’ Ike u Kaya.