Il-kuntrattur Glen Farrugia qal lill-ħaddiema biex ma jċemplux għall-ambulanza wara li weġġa’ Lamin Jaiteh f’sit ta’ kostruzzjoni.
Dan intqal minn kollega tal-vittma fil-Qorti fil-każ li qed jinstema’ kontra l-kuntrattur li jinsab mixli li ħalla lil Jaiteh f’ġenb ta’ triq fl-inħawi ta’ Selmun jokrob bl-uġigħ wara li waqa’ minn għoli.
Il-kollega ta’ Jaiteh xehed li l-kuntrattur qalilhom li aħjar ma jċemplux biex ħadd ma jmur il-ħabs u qalilhom li se jieħu lill-vittma hu l-isptar.
Ix-xhud qal li l-vittma beda jibki u kien hu minn ta’ l-ewwel li mar fejnu biex jara xi ġralu.
Saħaq li hu ried iċempel iżda ma kienx jaf in-numru.
Il-Maġistrat Marseanne Farrugia se tagħmel żjara fis-sit tal-kostruzzjoni fejn waqa’ Jaiteh.