Minn nhar il-Erbgħa 10 ta’ Novembru l-Fondazzjoni IDEAT fi ħdan il-Partit Laburista se tkun qed torganizza kors ta’ ħames ġimgħat li matulhom se jiġu diskussi ħames temi dwar il-politika internazzjonali.
Dwar dan tkellimna maċ-Chairperson tal-Fondazzjoni IDEAT Elaine Degiorgio, li appellat biex kull min huwa interessat, japplika għal dan il-kors li huwa miftuħ għal kulħadd.
Hija spjegat: “Il-kors varjat fuq ħames suġġetti differenti. Il-focus tagħna ser ikun aktar fuq l-Unjoni Ewropea anke n-negozjar li jsir hemmhekk għaliex fl-aħħar mill-aħħar dak huwa li jolqotna dirett, però mbagħad morna pass oltre anke li hija l-politika Amerikana, il-politika taċ-Ċina, politika tal-Mediterran ukoll, jiġifieri b’mod ħolistiku qegħdin inħarsu lejn il-politika internazzjonali kif din taffettwa fl-aħħar mill-aħħar lil pajjiżna.”
Dan il-kors se jsir kull nhar ta’ Erbgħa filgħaxija fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun. Dan se jsegwi dak li għaddej bħalissa dwar il-politika nazzjonali.
Intant, kull min huwa interessat jista’ jibgħat email fuq ideat@partitlaburista.org li fiha għandkom tinkludu d-dettalji tagħkom kif ukoll numru tal-kuntatt.