L-avukati li jipprattikaw fil-Qorti t’Għawdex irrikonixxew il-progress li sar fil-Qorti Għawdxija, u għalhekk mil-lum se jerġgħu jibdew jattendu għal seduti fil-Qorti wara azzjoni li ħadu sakemm ġie indirizzat nuqqas ta’ ħaddiema.
Fi stqarrija maħruġa mill-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati f’Għawdex intqal kif waqt laqgħa mal-Ministru għall-Ġustizzjoni Edward Zammit Lewis fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Qrati, Eunice Grech Fiorini, ġie mwiegħed li ser jiġu ngaġġati tal-anqas żewġ ħaddiema u purtier biex tiżdied l-effiċjenza fil-Qorti t’Għawdex.
Din il-wiegħda twettqet.
Intant huma appellaw ukoll sabiex jiġi ngaġġat marixxall.