Ftit tal-ħin ilu għadha kif intemmet iċ-ċerimonja ta’ ftuħ għall-festival tal-ktieb għal din is-sena li qed ikun organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Il-fetival ser tkun miftuħ għall-pubbliku minn għada u tibqa’ miftuħa sal-Ħadd, li matul dawn il-jiem se jkun hawn numru ta’ attivitajiet.
Mark Camilleri, iċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qal li din is-sena hawn numru rekord ta’ esebituri, f’post ġdid. Hekk kif din is-sena l-festival qed jitella’ fl-MFCC f’Ta Qali. Dan huwa l-ewwel festival imtella’ taħt it-tmexxija tas-Sur Camilleri.
Matul is-serata numru ta’ awturi, publikaturi u illustraturi ngħataw il-premju Terramaxka.
Iċ-ċerimonja ġiet indirizzata mill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana fejn saħqet li r-riċerka turi li min jibqa’ jaqra tul ħajtu għall-iżvillupp tal-bniedem.
Il-Ministru semmiet l-investimenti li saru, fosthom l-allokazzjoni ta’ ‘l fuq minn nofs miljun ewro lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Hija saħħqet ukoll li l-Festival tal-Ktieb mhix attività oħra, biex nokkupaw il-kalendarju, iżda hija ċelebrazzjoni ta’ dak kollu li jagħmilna bnedmin aħjar, nazzjon aħjar.
Hija temmet tħeġġeġ lit-tfal biex jibdew jaqraw minn ta’ età żgħira filwaqt li appellat lill-adulti biex ma jħallux il-ħajja mgħaġġla ttellihom mill-qari.