Il-kumitat għall-moniteraġġ tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa laqa’ r-riformi li qed isiru f’Malta sabiex tissaħħaħ l-indipendenza ġudizzjarja u sistema ta’ checks and balances fil-pajjiż.
Il-Kumitat innota kif jekk dawn ir-riformi jibqgħu isiru b’mod konsistenti, dawn iwasslu sabiex Malta tkompli tindirizza r-rakomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.
Ir-rappoerteurs li kienu f’pajjiżna appellaw ukoll għal riformi fil-Parlament Malti sabiex ikun imsaħħaħ l-eżekuttiv.
Huma laqgħu wkoll l-isforzi li qed isiru f’pajjiżna sabiex jiżdied l-irwol tan-nisa fil-politika.
Huma innotaw ukoll kif dwar l-immigrazzjoni, Malta teħtieġ iżjed solidarjetà mill-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea.