Alfred Galea ta’ wieħed u ħamsin sena ġie kkundannat ħames snin u sitt xhur ħabs wara li ammetta li pprova joqtol raġel ieħor f’każin f’Ħal Qormi.
Galea ġie mixli li lura f’Novembru tal-elfejn u sittax iġprova joqtol lil Alfred Felice billi tah daqqiet b’sikkina.
Huwa ġie mixli ukoll li kkaġuna ġrieħi gravi, li ġarr sikkina, li kiser il-paċi pubblika u li hedded lil Felice.
Il-Prosekuzzjoni qalet l-każ seħħ wara li nqalgħet ġlieda bejn iż-żewġ persuni li kienu f’każin, b’Galea iġprova immur iwaqqafhom imma spiċċa involut fil-ġlieda.
Il-Maġistrat Joseph Mifsud ordna wkoll lil Galea biex iħallas €8,933 fi spejjeż ta’ esperti tal-Qorti.