Fl-aħħar sigħat fiequ sittax-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew disgħa u għoxrin każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma mitejn, tmienja u tletin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija, wieħed u tmenin elf, tmien mija u tlieta u erbgħin dożi tal-vaċċin, li erbgħa u ħamsin elf, mitejn u sebgħa u sittin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm għaxar persuni pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjan ta’ tlieta u tmenin sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.