Fil-lejla tat-Tnejn l-1 ta’ Novembru, fil-jum meta l-Knisja Kattolika tfakkar il-festa tal-Qaddisin kollha, ġiet inawgurata l-pittura tas-saqaf tal-kor tal-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, xogħol iż-żgħażugħ Għawdxi Manuel Farrugia.
”Grazzi lil kull min tani b’xi mod jew ieħor xi għajnuna, kif ukoll lill-kappillan Dun Marc Andre Camilleri u l-kleru tal-Bażilika għas-sapport tagħhom”
l-Artist Manuel Farrugia
Is-suġġett ċentrali ta’ kull kustilja hija rappreżentazzjoni tal-parabboli tas-Saltna – il-parobbola tal-festa tat-tieġ (Lq 14, 15-24), u l-parabbola tax-xibka (Mt:13:47). Jakkumpanjaw iż-żewġ parabboli hemm erba’ mill-profeti maġġuri.