Ajruplan żgħir privat niżel fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta wara siegħa jipprova jinżel minħabba problema li żviluppat fir-roti tal-ajruplan.
Fi stqarrija, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li kien fis-2:19pm meta l-ajruplan b’żewġ membri abbord, iddikjara emerġenza.
Dak il-ħin membri tat-tifi tan-nar fost oħrajn kienu għal li jista’ jinqala’.
L-ajruplan irnexxielu jinżel fuq ir-runaway fit-3:20pm.
Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
Ritratti: Mario Caruana